Futbol Sport

Serie A: Rebħiet għal Lazio u Roma

Ilbieraħ intlagħbu erba’ parriti oħra mill-Kampjonat tas-Serie A fl-Italja biż-żewġ timijiet tal-kapitali, Lazio u Roma t-tnejn li huma kisbu rebħiet kontra Bologna u Salernitana rispettivament. F’partiti oħra Fiorentina għelbu lil Cremonese filwaqt li Spezia ħarġu rebbieħa f’darhom kontra Empoli.

Stadio Artemio Franchi

Fiorentina 3-2 Cremonese

Fis-16 il-minuta minn azzjoni ta’ Christian Kouame kien GIACOMO BONAVENTURA li għeleb lil Andrei Radu. Reazzjoni minn Cremonese li tlett minuti wara għamlu l-iskor 1 – 1 permezz ta’ DAVID OKEKE li minn pass ta’ Paolo Ghiglione għeleb lil Pierluigi Gollini. Bi Fiorentina fuq l-offensiva fl-34 minuta minn azzjoni ta’ Riccardo Sottil kien LUKA JOVIC li mill-ġdid għeleb lil Radu għat-2 – 1. Minuti minn tmiem l-ewwel taqsima tkeċċa Gonzalo Escalante għal Cremonese. Reazzjoni minn Cremonese fit-tieni taqsima li fit-68 minuta għamlu l-iskor 2 – 2 permezz ta’ CRISTIAN BUONAIUTO. Madankollu fil-95 minuta minn azzjoni ta’ Szymon Zurkowski kien ROLANDO MANDRAGORA li b’mod drammatiku ta’ l-ewwel rebħa tal-istagun għal Fiorentina.

Stadio Olimpico

Lazio 2-1 Bologna

L-ewwel taqsima pjuttosta nervuża l-aktar wara li fis-6 minuta tkeċċa l-goalkeeper ta’ Lazio Luis Maximiano wara li lgħab b’idu barra l-kaxxa.Minuta wara ammonit Sinisa Mihajovic kowċ ta’ Bologna u minn dak il-ħin serje ta’ ammonizzjonijiet.Fit-38 minuta foul ta’ Mattia Zaccagni fuq Nicola Sansone. Bologna ingħataw penalty b’MARKO ARNAUTOVIC jgħeleb lil Ivan Provedel. Fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud tkeċċa Adama Soumaoro għal Bologna.Dominju minn Lazio fit-tieni taqsima fejn wara li kisbu l-gowl tad-draw fit-68 minuta b’autogoal ta’ DE SILVESTRI, fid-79 minuta marru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ Sergej Milinkovic Savic kien CIRO IMMOBILE li għalaq il-partita 2 – 1

Stadio Arechi

Salernitana 0-1 Roma

Minkejja li Roma ddettaw għal ħinijiet twal,kien biss fit-33 minuta li fetħu l-iskor permezz ta’ BRYAN CRISTANTE li għeleb lil Luigi Sepe. Vantaġġ minimu li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita.

Stadio Alberto Picco

Spezia 1-0 Empoli

Bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima, sal-mument li Spezia marru fil-vantaġġ. Fis-36 minuta minn azzjoni ta’ Simone Bastoni kien M’BALA NZOLA li għeleb lil Guglielmo Vicario. 1 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima liema riżultat baqa’ l-istess matul it-tieni taqsima.

Illejla jintlagħabu żewġ loghbiet oħra fejn Napoli barra minn darhom jilgħabu kontra Verona filwaqt li Juventus fl-Allianz Stadium jilqgħu lil Sassuolo.