Sport Sport Ieħor

Tliet midalji tad-deheb għal Tenishia Thornton

Tenishia Thornton kompliet bis-serje ta’ successi wara li rebħet tliet midalji tad-deheb fil-Kampjonati tal-Ewropa taż-żgħażagħ Kategorija taħt 17 il-sena li saru fil-Polonja.

Thornton ikkompetiet fil-kategorija ta’ 55 kg U-17, fejn ipproduċiet prestazzjoni qawwija meta temmet fl-ewwel post fis-Snatch, Clean and Jerk kif ukoll tal-klassifika ġenerali.

Fil-kategorija Snatch, Thornton kellha tlett refgħat ta’ 76 kg, 78 kg, u 80 kg sabiex wara fil-Clean and Jerk, irnexxielha terfa’ 96kg biex temmet l-impenji tagħha b’total impressjonanti ta’ 176kg.

Thornton spiċċat qabel il-weightlifter Taljana Ludovica Celine Delia li kisbet il-midalja tal-fidda meta refgħet 77kg fis-Snatch u 95kg fil-Clean and Jerk għal total ta’ 172kg .

Merve Ilden, tat-Turkija temmet fit-tieley post meta refgħet 68kg fis-Snath, 88kg f’Clean and Jerk għal total ta’ 156kg.

Din is-sena Thornton rebħet midalja tad-deheb fil-Kampjonati Dinji taż-Żgħażagħ li saru fil-Messiku kif wkoll midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea.