Lokali Qorti

Akkużat li kiser imnieħer is-sieħba tiegħu

Raġel Serb li joqgħod il-Gżira u li jaħdem f’Malta bħala delivery man ammetta li kiser imnieħer is-sieħba tiegħu.

Il-każ seħħ fit-13 ta’ Awwissu, hekk kif ir-relazzjoni bejn il-kopja marret għall-agħar – aggressjoni li seħħet fir-residenza tal-mara, fil-Qrendi.

Id-difiża qalet li l-akkużat, Sava Rajakav ta’ 27 sena, mill-ewwel ammetta u irrealizza li dak li għamel kien ħażin. Tant li wara anke iddispjaċih.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sherona Buhagiar qalet li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija, iżda fiċ-ċirkostanzi talbet li jingħata sentenza effettiva ta’ priġunerija.

Is-sentenza ser tingħata fil-5 ta’ Settembru li ġej.

Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.