Futbol Sport

Draw f’Ibrox fl-ewwel leg bejn Rangers u PSV

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel leg mir-round tal-play-off tal-UEFA Champions League, Rangers u PSV temmew fi draw ta’ 2-2, biex b’hekk kollox għadu miftuħ f’dan il-konfront. Kienu PSV li fetħu l-iskor meta kien Ibrahim Sangare li għamilhom 1-0. Rangers irrispondew u ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Antonio Celak. Rangers momentarjament dawru l-iskor favurihom b’gowl ta’ Tom Lawrence iżda fit-78 minuta kien Armando Obispo li għamel l-iskor finali 2-2.

Copenhagen kisbu rebħa ta’ 2-1 f’darhom fuq Trabzonspor. Kien Viktor Claesson li fetaħ l-iskor għad-Daniżi b’gowl wara 9 minuti. Copenhagen irduppjaw fit-tieni taqsima permezz ta’ Lukas Lerager iżda gowl fid-79 minuta ta’ Tasos Bakasetas daħħal fil-konfront lil Trabzonspor qabel it-tieni leg il-ġimgħa d-diħla fit-Turkija.

Bodoe/Glimt għelbu lil Dinamo Zagreb 1-0. Il-gowl li ddeċieda din il-partita wasal wara biss 37 minuta permezz ta’ Amahl Pellegrino biex b’hekk Bodoe/Glimt se jmorru fil-vantaġġ fit-tieni leg fil-Kroazja