Lokali

Il-Kapuċċini se jħallu l-Parroċċa ta’ Marija Reġina

Propju fl-eqqel tat-tħejjijiet għall-festa ta’ din is-sena, sar magħruf illi tal-Ordni tal-Franġiskani Minuri se jkun qed jgħaddi l-Parroċċa u l-Knisja ta’ Marija Reġina f’idejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta.

U allura, il-patrijiet mhux se jibqgħu jamministraw din il-parroċċa – aħbar li kienet mistennija, imma li xorta nisslet diżappunt fost il-Marsin.

Il-Kapuċċini kienu ilhom jieħdu ħsieb din il-Knisja għal dawn l-aħħar 55 sena.

Il-Kumitat tal-Festi Esterni li jaħdem għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Marija Reġina qal li fiż-żmien li ġej huwa importanti li l-forzi kollha jingħaqdu biex it-tranżizzjoni ssir faċli kemm jista’ jkun. Fl-istess waqt kien konfermat li din il-Knisja mhux se tkun qed titlef it-titlu tagħha ta’ Parroċċa.

Dan il-kunvent tal-Kapuċċini f’Maria Reġina spiċċa kellu jagħlaq għaliex m’għadx hemm aktar partijiet; simili ħafna għal dak li seħħ fi Fleur-de-Lys, wara 74 sena ta’ ħidma minn naħa tal-Karmelitani.