Hekk kif madwar tmien ġimgħat oħra l-Gvern se jkun qed iressaq il-Budget għas-sena d-dieħla, numru ta’ Korpi Kostitwiti komplew iressqu l-proposti tagħhom għall-Budget, kif filfat diġa għamlet il-Kamra tal-Kummerc meta ppubblikat id-dokument ta’ qabel il-Budget.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb qed tinstiti fost l-oħrajn li ż-żieda tal-COLA ma tingħatax sħiħa għal dawk il-ħaddiema li diġa’ ħadu żidiet fil-pagi fl-aħħar 12-il xahar – proposta li taf tinstema kontroversjali, iżda li hemm ħsieb warajha. Il-President taċ-Chamber spjegat li jekk dan isir inkunu qed innaqqsu r-riskju li l-inflazzjoni tkompli tiżdied.
Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi wkoll li l-Gvern inaqqas il-VAT għas-settur tal-catering fosthom ir-ristoranti u t-take aways…. biex il-VAT tinżel minn 18% għal 7%.
Fost numru ta’ proposti oħra li qed tressaq il-Kamra tal-Kummerċ hemm li l-Gvern jirrevedi l-miżuri tal-Work Life Balance illi daħlu b’għaġla. Filwaqt li iċ-Chamber tirreferi għall-proposta li l-pensjonijiet ikunu eżenti mit-taxxa.
F’dan id-dokument, il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi wkoll li jsir pjan serju għall-enerġija li jkun jinkludi proġetti ta’ enerġija mix-xemx u offshore windfarms, li jsir investiment fin-network tad-distribuzzjoni, li titnaqqas il-VAT fuq applinaces li jaħlu inqas, u li l-Gvern ma jibqax jissussidja l-ħela tal-enerġija.
//= $special ?>