Budget 2023 Ekonomija Lokali

Jiżdied il-prezz tal-posta

Wara żidiet fil-prezz tal-ħobż, prodotti tal-ħalib, ħaxix u frott, iż-żejt, il-pastizzi, prodotti tal-ħasil, u prodotti mediċinali – issa anke l-prezz tal-posta reġa’ żdied.

Fil-fatt, il-bolla issa żdiedet fil-prezz minn 30 ċenteżmu għal 37 ċenteżmu. Dan sabiex wieħed ikun jista’ jibgħat ittra lokali.

Iż-żieda biex tibgħat ittra barra minn Malta kienet ferm akbar – żieda ta’ 39 centeżmu. Sabiex issa, bolla għal barra saret tiswa’ €1.25.

Il-kumpanija MaltaPost qed tgħid li dawn il-bidliet fil-prezz kellhom isiru għaliex b’hekk biss tista’ tkopri ftit mill-ispejjes.

Il-posta kienet diġa’ għoliet fil-prezz is-sena li għaddiet.