Futbol Sport

Liverpool jibqgħu bla rebħa minn żewġ logħbiet

Anfield
Liverpool 1-1 Crystal Palace

Mid-draw ta’ 2-2 kontra Fulham fl-ewwel partita tal-Kampjonat Premier għal draw ieħor b’Liverpool li sa issa naqsu milli jkunu protagonisti.

Dominju assolut minn Liverpool li f’mumenti kellhom saħansita 75% pussess. Madankollu b’sorpriża fit-32 minuta Crystal Palace fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Eberechi Eze kien WILFRIED ZAHA li għeleb lil Alisson Becker għal 1-0, bi Crystal Palace jidħlu jistrieħu fil-vantaġġ.

B’Liverpool jibqgħu jiddettaw matul it-tieni taqsima f’partita li f’mumenti kienet falluża, fil-57 minta Paul Tierney keċċa lil Darwin Nunez. Bi plejer anqas iżda erba’ minuti wara Liverpool kisbu l-gowl tad-draw. Minn pass ta’ James Milner kien LUIS DIAZ li għeleb lil Vicente Guaita għal 1-1, riżultat li bih intemmet wkoll il-partita.