Internazzjonali

Liz Truss tkompli ġġib aktar appoġġ

Liz Truss irnexxielha takkwista aktar appoġġ fost id-deputati Konservattivi, hekk kif fl-aħħar jiem irnexxielha tikseb is-sostenn ta’ 11 il-whip biex hi tkun il-Kap il-ġdid tal-Konservattivi u eventwalment Prim Ministru tar-Renju Unit.

Il-kampanja bejn Truss u Rishi Sunak qed tkompli tiħrax, biż-żewġ kontestanti għat-tmexxija jwegħdu għadd ta’ proposti, fosthom aktar preżenza tal-Ministri fl-Iskożja, u aktar għajnuna ghall-ufficini governattivi tal-Iskoċċiżi.

Intant f’sondaġġ li sar fost il-membri Konservattivi ħareġ li sa issa, meta Truss u Sunak jiġu mqabbla ma’ Boris Johnson, xorta waħda ‘il fuq minn 60% għadhom jippreferu li Johnson bħala Prim Ministru tal-pajjiż.