Futbol Sport

Ma jintlaqax l-appell ta’ Levski Sofia

Il-UEFA ma laqgħetx il-protest ta’ PFC LEVSKI, u ddikjarat li l-każ mhux ammissibbli.

Dan ifisser li Hamrun Spartans Football Club jistgħu jkomplu jikkompetu fil-UEFA Conference League mingħajr il-bżonn li l-logħba kontra l-klabb Bulgaru terġa’ tintlagħab.

PFC LEVSKI kienu qed jitolbu li l-logħba mit-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni terġa’ tintlagħab minħabba dak li sejħulu żball tekniku, meta r-referee ħalla l-logħba tkompli minkejja li plejer ta’ Hamrun Spartans Football Club qabeż nofs il-grawnd qabel it-tisfira tar-referee.

Minn din l-azzjoni, Hamrun Spartans Football Club skurjaw permezz ta’ Ryan Camenzuli, bil-gowl iwassal għall-ħin barrani u eventwalment il-penalties.