Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka eliminata wkoll mill-Western & Southern Open

It-tennista Naomi Osaka kienet eliminata mill-Western & Southern Open wara li kienet megħluba minn Zhang Shuai 6-4-7-5. Din kienet l-ewwel partita ta’ Osaka wara li l-ġimgħa li għaddiet kellha tiritra minħabba li weġgħet darha.

Osaka tilfet ħames mill-aħħar seba’ partita minn meta tilfet fil-finali tal-Open ta’ Miami kontra Iga Swiatek. Ir-rebbieħa tal-Open tal-Istati Uniti bħalissa tinsab fi-39 post fir-ranking tad-dinja bl-aħħar Grand Slam għal din is-sena jibda fid-29 ta’ Awwissu.