Rekord nazzjonali mill-atleta Janet Richard li rnexxielha tgħeleb il-barriera ta’ 54 sekonda fil-mument li kisbet rekord nazzjonali ġdid fl-400 metru fil-Kampjonati tal-Ewropa tal-Atletika li qed isiru f’dawn il-ġranet fi Munich, il-Ġermanja.
Fl-Istadium Olimpiku ta’ Munich fejn fl-1972 kienu saru l-Olimpijadi , Janet Richard ikkompetiet fit-tielet heat, Richard għamlet id-distanza fi 53.49 sekondi.
Il-ħin ta’ Richard kien impressjonanti b’differenza ta’ 0.5 sekondi aħjar mill-aħħar riżultat tagħha stess ta’ 54.06 sekondi li kienet għamlet fil-Kampjonati Nazzjonali tal-2020.
Janet Richard temmet it-tellieqa fis-seba’ post, eżatt qabel il-Finlandiża Milja Thureson li għamlet id-distanza fi 53.63 sekondi.
Iga Baumgart-Witan tal-Polonja rebħet il-heat numru tlieta f’ 51.09 sekondi. Magħha għaddew fir-rawnd ta’ wara Amadine Brossier, ta’ Franza, li għamlet 51.26 sekondi, u l-Awstrijaka Susanne Walli b’ 51.73 sekondi.
//= $special ?>