Lokali

“Sar frame-up fuqi” – Rhys Xuereb

“Dak li ħareġ mill-inkjesta li saret huwa turija ċara li sar frame-up fuq Rhys Xuereb… in-nurse li kien xogħol dakinhar li l-anzjan Karmenu Fino ħarab minn San Vinċenz de Paul.”

Rhys tkellem għall-ewwel darba ma’ Net News wara li huwa kien sospiż minn xgħolu hekk kif il-konklużjoni tal-inkjesta wera li nuqqas ta’ negliġenza min-naħa tiegħu wasslet biex Karmenu Fino ħarab minn din ir-residenza.

It-Tlieta filgħodu l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel indirizzat konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-bini tal-Isptar San Vinċenz de Paul, fejn matulha l-President Paul Pace qal li r-rapport li ħareġ wara li saret l-inkjesta huwa wieħed fażul. Dan hekk kif huwa inaċċettabbli li n-nurse jeħel kollox hu ta’ dak li ġara… bil-Ministru spiċċa ma ħa ebda responsabbiltà għal dak li seħħ.

Dakinhar li ħarab Karmenu Fino, Rhys Xuereb kien l-uniku nurse li kien xogħol. Dan meta suppost kien hemm minn tal-inqas zewġ nurses ‘on duty’.

Il-Union ordnat numru ta’ direttivi oħra ma’ dawk li bħalissa hemm fis-seħħ fosthom li l-infermiera m’għandhomx għall-ebda raġuni jiċemplu lill-qraba u  ma jimlewx certi dokumenti. Bħalissa mhux qed isiru ebda admissions sakemm fil-wards ma jkun hemm 30 pazjent jew inqas u jkun hemm żewġ nurses matul il-lejl.

Paul Pace qal ukoll li m’għandux fiduċja fl-inkjesta li saret u għalhekk l-MUMN qed titlob li ssir inkjesta oħra.