Lokali

Terġa’ tieħu l-ħajja t-tradizzjoni tas-sajda tal-imrejkba

Is-sajda tal-imrejkba hija waħda tradizzjonali fil-Gżejjer Maltin u fiż-żmien li ġej din it-tradizzjoni se terġgħa tieħu l-ħajja hekk kif tnieda l-proġett pilota għall-prattika ta’ din is-sajda.

F’konferenza intqal li huwa importanti ħafna sabiex din it-tip ta’ sajda tibqa’ waħda rikreattiva u li tiġi pprattikata mill-art biss. L-għan ta dan il-proġett pilota hu li din is-sajda tibqa’ sostenibbli fiż-żmien li ġej. Il-prattika tas-sajda tal-imrejkba se tibda fl-2023 u għall-ewwel sena dan l-istaġun se jkun miftuħ tul is-sena kollha sabiex jiġi determinat l-aħjar żmien għal din is-sajda tradizzjonali.

Fl-imrejkba tal-wiċċ jista’ jkun hemm sa massimu ta’ 40 sunnara filwaqt li mal-imrejkba tal-qiegħ jista’ jkun hemm sa massimu ta’ 80 sunnara. L-imrejkba tista’ toħroġ sa massimu ta 250 metru fil-baħar. Barra minn hekk, hemm ukoll lista ta’ bajjiet fejn wieħed jista’ jmur jiprattika din is-sajda. Il-ħut li jinqabad jista’ jintuża biss għal konsum personali.

Is-sajda tal-imrejkba kienet ivvintata mill-Maltin u l-Għawdxin stess fejn l-imrejkba tkun forma ta’ triangolu.