Futbol Sport

Eks plejer ta’ Verona u River Plate arrestat wara li daħal jisraq f’dar armat b’pistola

Serqa f’dar privata, armat b’pistola u li ġarr ammunizzjon eccessiv fuqu huma l-ewwel akkużi fil-konfront ta’ Ezequiel Cirigliano ex plejer ta’ River Plate fl’Argentina u Hellas Verona fl-Italja. Il-midfielder ta’ 30 sena li minn karriera mill-aqwa l-aħħar li lagħab kien ma’ Cynthialbalonga fis- Serie D fl-Argentina kien arrestat fi Buenos Aires. Cirigliano daħal jisraq f’dar fil-kwartier Caseros, mingħajr ma għatta wiccu u liebes flokk ta’ PSG .

Cirigliano beda jispara b’arma ta’ 9 millimetri bi 11-il bullet. Huwa kien arrestat mill-Pulizija Argentina u jinsab f’ċella fi ‘Tres de Febrero’. Cirigliano, ftit tas-snin ilu kien meqjus bħala l-plejer tal-futur ma’ River Plate u fi ħdan it-tim nazzjonali tal-Arġentina fejn lagħab fit-Tazza tad-Dinja taħt is-17 u taħt l-20 sena. Fl-2013 ingħaqad ma’ Hellas Verona fis-Serie A fl-Italja fejn lagħab 13-il partita.

Ezequiel Cirigliano fl-azzjoni fl-istaġun 2013/14 ma’ Hellas Verona (Ritratt: EPA)