Fr Luke Seguna, kellu t-talba tieghu għall-ħelsien mill-arrest posposta għall-25 ta’ Awwissu biex ikunu jistgħu jixhdu numru ta’ persuni. Kien ghalhekk li l-Magistrat Natasha Galea Sciberras ddecidiet li tistenna sal-ġimgħa d-dieħla qabel tiddeċiedi fuq il-libertà proviżorja.
Il-kappillan ta’ Marsaxlokk qed iwieġeb mhux ħati. U għalissa, inżamm arrestat.
Fr Luke jinsab mixli bi frodi u miżapproprjazzjoni ta’ flus, allegatament għad-dannu ta’ madwar 150 persuna fuq medda ta’ 10 snin, kif ukoll b’ħasil ta’ flus u falsifikazzjoni ta’ dokumenti.
Il-prosekuzzjoni qalet li Fr Seguna kellu 10 kontijiet mifruxin fil-BOV, l-HSBC u l-APS u anke r-Revolut.
Il-prosekuzzjoni sostniet li mill-investigazzjoni rriżultaw diversi tranżazzjonijiet finanzjarji u f’ċertu snin kienu depożitati mat-€80,000 fis-sena.
F’dan il-każ il-prosekuzzjoni qed tallega li Fr Seguna wettaq b’madwar €500,000 fi frodi, inkluż għad-dannu tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Id-difiża qed issostni li dawn il-flus ġejjin minn donazzjonijiet li rċieva personalment l-akkużat mill-parruċċani għal diversi attivitajiet li ċċelebra hu stess fosthom tiġijiet u funerali.
Fr Luke Seguna ilu Kappillan ta’ Marsaxlokk mill-2016 u qabel serva fil-parroċċi ta’ Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u r-Rabat. U l-parruċċani tieghu jinsabu dizappuntati għall-mod li bih tressaq il-Qorti, tant li bosta minnhom faħħruh pubblikament għax-xogħol li kien iwettaq fil-komunità.
//= $special ?>