Sport Sport Ieħor

Gruppetta b’esperjenza tal-Handball fl-Isvezja

Il-plejer tat-tim nazzjonali ta’ taħt l-20 sena Neil Gruppetta se jieħu togħma tal-iskola Żvediża tal-handball għal ftit xhur, hekk kif fi ftit jiem jitlaq għal Stokkolma, l-Isvezja bħala parti minn kollaborazzjoni ma’ Josef Bredell Training Camp u Skogås Handball Club.

Din l-istedina se tagħti lil Neil l-opportunità li jitħarreġ ma’ Skogås Handball Club kif ukoll ma’ xi klabbs oħra bbażati fiż-żona ta’ Stokkolma. Neil Gruppetta dan l-aħħar ġie msemmi fit-tim tal-All-Star tal-kbar mill-Malta Handball Association bħala attakant ċentrali, apparti li rebaħ l-MVP fil-kategorija tal-kampjonat tal-irġiel U21.