Sport Sport Ieħor

Iċ-ċiklist Tom Dumoulin jirtira b’effett immedjat

(Ritratt: EPA)

Ir-rebbieħ tal-Giro d’Italia fl’2017 u darbtejn midalja tal-fidda fl-Olimpijadi ta’ Rio fl’2016 u f’Tokjo fl’2021 l-Olandiż Tom Dumoulin ,wieħed mill-aqwa ċiklisti f’dawn l-aħħar għaxar snin ħabbar li rtira miċ-ċikliżmu professjonali b’effett immedjat. Dumoulin li għandu 31 sena ħabbar id-deċiżjoni li ħa fil-media socjali, xahrejn wara li kien ħabbar li kellu jirtira wara l-Kampjonat tad-Dinja fit-triq f’Settembru fl-Awstralja.

Fil-messaġġ tiegħu filwaqt li għamel riferenza li l-karriera kienet waħda mill-isbaħ u li tgħatu sodisfazzjoni mill-aqwa, stqarr li qed iħossu għajjien ħafna f’kull sessjoni ta’ taħriġ li jagħmel. Tom Dumoulin, ta’ Team Jumbo Visma kien rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja fl’2017 fi Bregen kemm fit-Tellieqa kontra l-ħin kif wkoll f’dik kontra l-ħin riżervata għat-timijiet. Fl-2018 kien spiċċa fit-tieni post kemm fit-Tour de France kif wkoll fil-Giro d’Italia.