Lokali Saħħa

Il-Covid-19 iħalli vittma oħra f’pajjiżna – ifiqu 103

Fl-aħħar 24 siegħa l-pandemija għal darb’oħra ħatfet ħajja oħra sabiex b’hekk it-total ta’ vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna issa żdied għal 798.

Dan filwaqt li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 103 persuni bħala mfejqa.

Intant tal-inqas 42 ġew irreġistrati bħala pożittivi għall-virus…bil-każi attivi jammontaw għal 380.

Kelliema għall-Awtoritajiet konċernati appellaw lill-pubbliku sabiex jekk jagħmlu swab test permezz ta’ self test kit huwa importanti li javżawhom għal fini ta’ contact tracing.