Ambjent Budget 2023 Ekonomija Għawdex Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija trid policy ċara dwar il-bini u l-ippjanar f’Għawdex

Id-dokument tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex (GBC) għall-Budget jindirizza erba’ aspetti importanti: issuq tax-xogħol, l-ambjent, l-aċċessibilta, u l-infrastruttura. Il-Kamra hija tal-opinjoni li dawn l-erba’ aspetti għandhom jingħataw l-ogħla prijorita, minħabba l-isfidi li qed jiġu ffaċċjati f’dawn id-diversi oqsma.

Fi stqarrija, il-GBC qalet li Għawdex huwa gżira reġjun b’karatteristiċi speċifiċi u bi sfidi li jridu jiġu ndirizzati. Issitwazzjoni li rriżultat minħabba l-pandemija tal-Covid-19, u s-sitwazzjoni reċenti fl-Ukrajna juru ekonomija li trid tkun iktar reżiljenti u sostenibbli biex tkun tista’ tibda tirkupra. Għalkehh il-Kamra hija tal-opinjoni li dawn l-isfidi għandhom jiġu ndirizzati b’mod urġenti.

Is-Suq tax-Xogħol
• L-overtime kollu jiġi ntaxxat b’rata fissa ta’ 15%.
• Tiġi provduta skema fejn professjonisti li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’Għawdex
jingħataw is-sapport biex ikunu jistgħu jiftħu l-uffiċċju tagħhom f’Malta,

L-Ambjent
• Għawdex kollu jiġi desinjat bħala design priority area.
• Tiġi kkreata u applikata politika reġjonali u komprensiva tal-ippjanar għal Għawdex.

Aċċessibilta
• Jiġi żgurat li s-servizz tal-fast ferry bejn Għawdex u Malta jiġi miżmum, u li jiġi mogħti livell ta’
servizz konsistenti.
• Jiddaħħal is-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta.
• Tiġi żgurata li l-permanent link bejn Għawdex u Malta tibqa’ prijorita għall-politika nazzjonali u
dan minħabba in-natura tal-proġett li jrid isir fuq medda ta’ snin.

Infrastruttura
• Jiġi mibdi l-proċess ta’ parkeġġ fuq diversi sulari taħt l-art fir-Rabat Għawdex.
• Jinbdea l-proċess għall-sptar ġdid f’Għawdex li jikkumplimenta l-investiment li sar fil-kampus
tal-Queen Mary f’Għawdex.
• Jiġu ffinalizzati proġetti infrastrutturali mportanti f’Għawdex li ġa bdew.