Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li ġie mtajjar minn karozza f’San Ġwann

Raġel ta’ 66 sena minn San Ġwann kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura f’San Ġwann stess.

Il-każ seħħ ftit wara d-disgħa tal-Erbgħa filgħodu fi Triq Oreste Kirkop meta għal xi raġuni r-raġel spiċċa mtajjar minn karozza misjuqa minn mara ta’ 71 sena mill-Gżira.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.