Sewwieqa fit-toroq Maltin, sajf u xitwa, festa jew mhux, qed iqattgħu ħinijiet twal imwaħħlin fil-karozzi tagħhom – konġestjoni li skont il-Ministru Aaron Farrugia, hemm spejgazzjoni sempliċi għaliha. It-traffiku hu tort tal-festi.
Iżda minbarra l-Ministru Aaron Farrugia, issa hemm Ministru ieħor li mhux inkwetat bis-sitwazzjoni fit-toroq ta’ pajjiżna.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li l-importanti hu li jsir l-investiment biex ikun hemm aktar toroq li jiffaċilitaw l-infrastruttura ta’ pajjiżna.
Net News kien qed jistaqsi lill-Ministru Bonnici – bħala l-Ministru li taħtu jaqgħu ukoll il-festi – jekk jaqbilx mal-kumment tal-Ministru kollega tiegħu Aaron Farrugia li waħħal fihom għat-traffiku li qed ikun hemm fit-toroq.
Bonnici baqa’ bogħod milli jikkummenta dwar dak li qal il-kollega Ministru, imma qal li n-nefqa li saret fit-toroq biex jittaffa t-traffiku.. qatt ma konna rajna bħalha.
Il-Ministru Bonnici insista li x-xogħol li sar solva ħafna problemi, inkluż fil-Marsa, fejn Bonnici qal li l-problema taffiet ferm.
Intant, tal-anqas fis-sentejn li ġejjin, is-sewwieqa mhux mistennija jkollhom wisq serħan mit-traffiku ma jaqta’ xejn hekk kif l-istess Ministru tat-toroq, ftit tal-jiem ilu kkonferma li fl-24 xahar li ġejjin irid isir xogħol fuq tnejn minn kull tliet toroq tal-pajjiż
//= $special ?>