Futbol Sport

”Ma nieħux gost li l-plejers jiġu mgħajra, filkas għajru lili mhux lilhom” – Gordan Petrić (kowċ ta’ FK Partizan)

Lejliet l-ewwel leg mill-play-off tal-Europa Confernece League bejn FK Partizan u Ħamrun Spartans, f’konferenza tal-aħbarijiet f’Belgrad il-kowċ tas-Serbi Gordan Petrić talab is-support lejn il-plejers tiegħu u qal li huwa importanti, speċjalment għall-pleyers żgħażagħ li jħossu s-support fil-pitch. Huwa sostna li ma’ jieħu gost xejn jisma tgħajjir fil-konfront tal-plejers u appella li jekk ikun hemm il-bżonn ta’ tgħajjir ikun aħjar li jiġi mgħajjar hu milli l-plejers.

Petrić, eks pleyer tal-istess FK Patrizan u Crystal Palace fost l-oħrajn qal li segwa l-partita ta’ Ħamrun Spartans kontra Levski Sofia u qal li għalkemm l-avversarju ġej minn pajjiż b’kultura ta’ futbol Ewropew baxx, il-plejers tiegħu ma’ jistawx ikunu rilassati u biex l-affarijiet imorru kif mixtieq għandhom preparati diversi skemi li jridu jwettqu waqt il-partita.

Id-difensur Internazzjonali tal-Montenegro Igor Vujačić qal li din il-partita tfisser ħafna għalih u għal sħabu għax it-tim għaddej minn żmien diffiċli u r-rebħ biss jista joħroġ lill-klabb minn din is-sitwazzjoni.

Gordan Petrić sar kowċ ta’ FK Partizan il-ġimgħa li għaddiet wara li l-kowċ ta’ qablu Ilija Stolica tkeċċa wara l-eliminazzjoni mill-Europa League. Fid-debutt tiegħu FK Partizan fil-kampjonat rebħu lil Mladost barra minn darhom bl-iskor ta’ 1-0, b’gowl fil-95 minuta bil-prestazzjoni tat-tim xorta waħda ma’ kienetx tajba.