Atletika Sport

Marcel Jacobs jirbaħ il-100 metru fil-Kampjonati tal-Ewropa

Fl-Istadium Olimpiku ta’ Munich fil-Ġermanja fejn fl-1972 saru l-Olimpijadi, l-attenzjoni fuq il-finali tal-100 metru tal-irġiel u wisq aktar attenzjoni fuq Marcel Jacobs tal-Italja. Rebbieħ tal-100 metru fl-Olimpijadi ta’ Tokjo u l-aktar atleta veloċi fid-dinja, Marcel Jacobs ma ddiżappuntax fejn temm id-distanza f’9.95 sekondi. Fit-tieni u tielet post il-Britannici Zharnel Hughes b’9.99 sekondi rebbieħ tal-Kampjonat Ewropew fl’2018 u Jeremiah Azu b’10.13 sekondi.

Bis-suċċess fi Munich, Jacobs daħal fl-istorja tal-atletika bħala t-tielet atleta li rnexxielu jirbaħ il-Kampjonat tal-Ewropa wara l-Olimpijadi. Qablu għamlu l-istess Valery Borzov fi Munich 1972 u f’Ruma 1974 u Linford Christie f’Barcelona fl-1992 u fl-1994 f’Helsinki.