Internazzjonali

Nirien jaħkmu l-linji tal-ferrovija qrib London Bridge

Diversi binjiet spiċċaw evakwati u numru ta’ linji tal-ferrovija kienu mblukkati wara li tkebbsu nirien qawwija qrib London Bridge.

Aktar minn 70 pumpier spiċċaw jissieltu man-nirien qrib il-linji tal-ferrovija f’Southwark.

Kelliema għal Network Rail saħqu li n-nirien laħqu parkeġġ tal-karozzi filwaqt li ġie spjegat ukoll li l-Jubilee Line spiċċa momentarjament sospiż.

Bosta ddeskrivew ix-xeni quddiem għajnejhom bħala apokalitiċċi bi dħaħen suwed faħma ħerġin minn taħt il-linji tal-ferrovija.