Talanqas għaxar passiġġieri weġġgħu – uħud serjament – wara li pruvaw jaqbżu minn ferrovija li nqabdet fl-eqqel ta’ nirien f’art aħrax fl-inħawi ta’ Beji, ftit ‘il barra mill-belt ta’ Valencia. In-nirien saru inkontrollabbli wara li kienu xprunati mill-irwiefen – tant li xi membri tal-iskwadri għall-emerġenzi kienu kostretti li jiġru ‘il hinn biex isalvaw ħajjithom.
Il-passiġġieri tal-ferrovija li kienet qed tivvjaġġa minn Valencia lejn Zaragoza, iffaċċjaw minuti ta’ twerwir meta l-ferrovija kienet kostretta tieqaf f’nofs-vjaġġ b’kaġun tan-nirien. U għalkemm ix-xufier tal-ferrovija talab biex il-passiġġieri jibqgħu fejn kienu, uħud ippanikkjaw u – waqt li x-xufier kien qed iħejji biex jirriversja l-ferrovija – numru ta’ passiġġieri kissru t-twieqi f’tentattiv iddisprat biex jaħarbu u waqt li l-fjammi kienu qed javviċinaw il-ferrovija.
Dak il-ħin, il-ferrovija kellha aktar minn 50 persuna abbord u r-rapporti qalu li wħud min-nies li ħarbu sofrew diversi ħruq, tant li huma kellhom ikun ittrasferiti lejn l-isptar għal trattament. Ma weġġa’ ħadd minn fost il-passiġġieri li baqgħu bilqiegħda fil-ferrovija fost il-paniku ta’ dak il-ħin.
Fl-istess ħin, xi passiġġieri ġibdu r-ritratti u filmati tan-nirien qrib il-ferrovija u li ġġeneraw interess partikulari fuq il-media soċjali.
//= $special ?>

