Internazzjonali

Stati Uniti: Disfatta għal Liz Cheney fil-vot ta’ Wyoming

Il-votanti fl-Istat ta’ Wyoming ikkonfermaw id-disfatta ta’ Liz Cheney, membru tal-Kungress mal-Partit Repubblikan u magħrufa wkoll bħala persuna li tikkritika ħafna lill-eks President Repubblikan Donald Trump.

Cheney marret ħażin fl-elezzjoni ta’ Wyoming magħrufa bħala primary u fejn spiċċat umiljata minn Harriet Hageman li  hi wiċċ ġdida fil-kamp politiku u u li għandha l-appoġġ assolut ta’ Trump innifsu.

Liz Cheney, li għandha 56 sena, kienet prominenti fil-Kumitat tal-Kungress li kien investiga l-attentati ta’ Trump biex jibqa’ iggranfat mal-poter wara l-aħħar elezzjoni għall-Presidenza Amerikana.

Intant, u filwaqt  li ammettiet it-telfa f’Wyoming, Cheney qalet li l-aħħar żviluppi fetħu paġna ġdida fil-karriera politika tagħha u li ‘xogħolha għadha mhix konkluża f’dan is-settur’.