Futbol Sport

18 t’Awwissu 1995, ġurnata sewda għall-futbol mondjali

Kien bħal-lum 27 sena li x-xena tal-futbol tilfet leġġenda mill-aqwa, kemm fil-pitch kif ukoll barra. Kienet lejla emozzjonali f’San Siro quddiem ground ippakjat fejn Van Basten sellem għall-aħħar darba lis-supporters Milanisti kif ukoll lil sħabu.

Karriera brillanti kemm fuq livell ta’ klabb kif ukoll fuq livell Internazzjonali kella tintemm ħesrem meta kellu biss 30 sena. Marco Van Basten kien ilu ma’ jilgħab aktar minn sentejn minħabba injury fl-għaksa, injury li kienet ila tiġri warajh sa mill-1986 u li qatt ma’ rnexxielu jegħlibha.

Van Basten beda l-karriera tiegħu fil-livell tal-Youths ma’ Utrecht, it-tim tal-Belt minn fejn hu propja sakemm imbgħad ingħaqad ma’ Elinkwijk. ‘Iċ-Ċinju ta’ Utrecht’ kif kien magħruf fl-Olanda, ma’ damx ma’ laqat l-għajn ta’ Ajax dak iż-żmien immexxija minn Kurt Linder. Ma’ Ajax Van Basten lagħab total ta’ 133 logħba u skorja 128 gowl. Fl-1987 Milan ta’ Berlusconi renexxielhom jakkwistaw lill-Olandiż għas-somma ta’ £1.5 miljun. Van Basten matul iż-żmien tiegħu ma’ Milan għinhom jirbħu fost oħrajn, erba’ darbiet l-Iscudetto u tliet darbiet iċ-Champions League. F’total ta’ 148 logħab huwa skorja 91 goal.

Mat-tim nazzjonali tal-Olanda Van Basten lagħab 58 partita u skorja 24 gowl. Mal-Oranġjo huwa rebaħ it-Tazza Ewropea tal-1988 li kienet saret fil-Ġermanja u kien spiċċa l-aqwa skorer b’5 goals li wieħed minnhom kien fil-finali kontra l-Unjoni Sovjetika.