Internazzjonali

21 persuna maqtula fi splużjoni f’Moskea

21 persuna tilfu ħajjithom u iktar minn tletin fosthom tfal indarbu wara li seħħet slużjoni f’Moskea fil-kapitali Kabul.

L-isplużjoni seħħet waqt li kienet qed issir laqgħa ta’ talb… fejn fost il-mejta hemm ukoll l-Imam tal-Moskea.

S’issa għadu mhux magħruf min kien il-moħħ wara dan l-attakk.. attakk li seħħ ġimgħa wara li militatnti tal-Istat Islamiku għamlu bomba f’Kabul ukoll.

Nies li raw l-isplużjoni sseħħ qalu li l-isplużjoni tant kienet qawwija li spiċċaw tkissru numru ta’ twieqi tal-ħġieġ li kienu fil-viċinanzi.