Fl-aħħar sigħat f’Malta u f’Għawdex kellna 66 każ ġdid tal-Covid-19. Il-każijiet attivi issa niżlu għal 369 wara li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis fiequ 77 pesuna oħra mill-virus.
In-numru ta’ vittmi kaġun tal-pandemija baqa’ dak ta’ 798, dan hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma miet ħadd kaġun tal-Coronavirus.
Intant kienu sostnuti l-appelli minn esperti tas-saħħa biex il-pubbliku li jagħmel swab test permezz ta’ self test kit jinforma lill-awtoritajiet. Intqal li dan huwa kruċjali li jsir għal fini ta’ ‘contact tracing’ u biex kollox titnaqqas il-firxa tal-imxija.
//= $special ?>