Futbol Sport

Benfica jgħelbu lil Dynamo Kyiv fil-Polonja

(Ritratt: EPA)

Fi Stadion LKS, Lodz, fil Polonja, Benfica għelbu lil Dynamo Kyiv fl-ewwel leg tal-Play-Offs tal-Uefa Champions League. F’partita li minħabba l-gwerra fl-Ukrajna kellha tintlgħab fil-Polonja, Benfica ftit tħabtu biex għalqu l-partita kmieni matul l-ewwel taqsima biex il-partita f’Lisbona tista’ tkun konferma tal-potenzjal tal-istess Benfica.

Wara biss għaxar minuti, Benfica marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Joao Mario kien GILBERTO JUNIOR li għeleb lil Georgiy Bushchan. Ebda reazzjoni minn Dynamo l-aktar wara li fis-37 minuta Benfica rduppjaw. Minn pass ta’ David Neres , GONCALO RAMOS għeleb lil Bushchan għat-tieni darba. Riżultat li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima. It-tieni taqsima kienet biss formalita’ b’Benfica jikkontrollaw ir-reazzjoni sterili ta’ Dynamo Kyiv fejn Odysseas Vlachodimos rari kien impenjat serjament.

Fiż-żewġ partiti l-oħra Qarabag (AŻE) u Plzen (R.Ċeka) spiċċaw fi draw ta’ 0-0 filwaqt li Maccabi Haifa (IŻR) għelbu lil Crvena zvezda (SRB) 3-2 f’darhom

Goncalo Ramos jiċċelebra t-tieni goal ta’ Benfica (Ritratt: EPA)