Sport Sport Ieħor

Boċċi: Żebbuġ u Msida jibqgħu fl-ewwel post

(Ritratt: Steve Zammit Lupi)

Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni:

Żebbuġ u Msida jkomplu jirbħu u jibqgħu fil-quċċata, Għaxaq fit-tielet post u Buġibba jitilgħu weħidhom fir-raba’ post.

Żebbuġ barra minn darhom kisbu rebħa tajba meta għelbu lit-tim ta’ Qormi San Bastjan 21-13. Msida kisbu rebħa faċli kontra Lija 21-2 filwaqt li Għaxaq rebħu lit-tim ta’ Marsamxett 21-14. Żabbar għelbu lil Żurrieq 21-4. Buġibba u St. Peter Żabbar kien imisshom kontra Paola Schreiber u Isla rispettivament u għalhekk kisbu rebħiet awtomatiċi.

KLASSIFIKALP
Żebbuġ1817
Msida1817
Għaxaq1815
Buġibba1813
Qormi SB1812
St. Peter Żabbar1811
Żurrieq188
Lija187
Żabbar187
Marsamxett186
Isla180
Paola S180