Futbol Sport

Futbol tan-nisa: Birkirkara jiftħu l-impenji fil-UEFA Champions League b’telfa kontra SFK Sarajevo

(Ritratt: SFK Sarajevo)

It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara F.C. fetħu l-impenji tagħhom fil-UEFA Champions League b’telfa ta’ 4-0 kontra SFK Sarajevo tal-Bożnija. Sarajevo fetħu l-iskor wara kwarta logħob permezz ta’ Minela Gačanica biex l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 1-0 favur it-tim immexxi minn Samira Hurem.

Sarajevo komplew fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u fil-50 minuta kienet Spahic li kabret il-vantaġġ u skorjat it-tieni goal għat-tim mill-Bożnija. Gačanica għaqdet dopjetta disa’ minuti wara biex fil-81 minuta kienet Alma Krajnic li ssiġillat ir-reħba bir-raba’ goal għat-tim ta’ Sarajevo.

Birkirkara nhar il-Ħadd jilgħabu kontra t-tellief tal-logħba bejn Olimpia Cluj tar-Rumanija u Glentoran FC tal-Irlanda ta’ Fuq.