Eks membru tal-Kumitat Organizzattiv tal-Olimpjadi ta’ Tokyo 2020 ġie arrestat fuq suspett ta’ korruzzjoni. Haruyuki Takahashi, li għandu 78 sena , huwa akkużat li ħa ħlasijiet li jammontaw għal 380,000 dollaru mingħand bejjiegħ bl-imnut ta’ ilbies tal-irġiel. Il-Kumpanija Aoki Holdings, kien sponsor uffiċjali tal-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet AFP , dokumenti mill-Uffiċċju tal-Prosekuturi ta’ Tokyo jakkużawh li ħa somom ta’ flus bil-fehim li kienu ħlasijiet ta’ ringrazzjament għal trattament ta’ benefiċċju li ta lil Aoki Holdings.
Jingħad li seħħew aktar minn 50 tranżazzjoni bejn Ottubru 2017 u Marzu 2022 bi flus mibgħuta fil-kont bankarju ta’ kumpanija mmexxija minn Takahashi. Skont il-midja fil-Ġappun, uffiċjali kienu qed ifittxu jekk ħlasijiet fil-passat kissux jew le liġi li tipprojbixxi lill-impjegati pubbliċi milli jieħdu flus fir-rigward tar-rwol tagħhom.
Uffiċjali legali żvelaw ukoll li eks chairman u żewġ eżekuttivi oħra ta’ Aoki Holdings kienu ġew arrestati b’rabta mal-każ. Takahashi kien sar membru tal-kumitat organizzattiv tal-Olimpjadi fl-2014.
//= $special ?>