Il-Prim Ministru tal-Finlandja, Sanna Marin, ċaħdet kategorikament li qatt kienet taħt l-influwenza tad-droga – u meta hi qed twieġeb ‘għall-imġieba tagħha’ wara li ħareġ filmat ta’ Marin waqt li kienet qed tiddeverti waqt party.
Il-filmat – li jaħsbu li ttieħed mill-media soċjali – juri lil Marin u xi ħbieb, inklużi personalitajiet famużi, qegħdin jiżfnu u jkantaw; b’dawn ix-xeni jqanqlu kundanna mingħand il-partiti Finlandiżi fl-Oppożizzjoni,. Dan waqt li kap politiku partikulari f’Helsinki insista biex Sanna Marin tkun suġġetta għal test tad-droga.
Sadanittant, Marin, li għandha 36 sena, qalet li ‘ikkonsmat biss xi xorb alkoħoliku’ waqt il-party u li ‘ma żammitx lura milli tieħu pjaċir mal-ħbieb’. Marin – li l-media Ewropea fissritha bħala ‘l-aktar Prim Ministru attraenti fid=-dinja – qalet ukoll li kienet taf li xi ħadd kien qed jiġbdilha l-filmati iżda sostniet li jiddispjaċiha li dan il-filmat partikulari kellu joħroġ fil-pubbliku.
//= $special ?>

