Numru ta’ Pulizija issejħu fil-Ħamrun wara argument li eskala fi Triq il-Kbira San Ġużepp, in-naħa tal-għassa. Fil-post waslu units tal-RIU kif ukoll Pulizija tad-Distrett. Dan filwaqt li ssejħet ukoll ambulanza.
Net News jinsab infurmat li fl-argument kienu involuti numru ta’ persuni. Dan filwaqt li intużat ukoll sikkina.
Sorsi qalulna li kienu tnejn il-presuni li spiċċaw feruti fil-ġlieda. Wieħed minnhom, ingħata assistenza medika fil-post.
Jidher li l-argument faqqa’ bejn grupp ta’ Sirjani.
Il-Pulizija żammew xi persuni għall-interrogazzjoni.
//= $special ?>