Lokali

Raġel min-Nepal fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur

Raġel min-Nepal jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fl-1030pm f’Telgħet Raħal Ġdid.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħ impatt bejn Reneault Megane misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Santa Luċija u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 27 sena residenti Tal-Pieta’.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin