Fi kliem il-UĦM, jekk il-ftehim tal-COLA li kien maqbul bejn l-imsieħba soċjali kollha 32 sena ilu jinbidel kif qed jiġi propost min-negozji, ikun qed isir ksur tal-liġi.
Hekk tenna l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella meta mistoqsi minn dan l-istazzjon jekk jaqbilx mal-proposta mressqa mill-Kamra tal-Kummerċ.
Le ma naqblux. L-agreement li kien sar fl-1990 għadu jgħodd. Dak l-agreement jistupla kif għandhom jiġru l-affarjiet f’ċirkustanzi bħal dawn”
Dak l-agreement isemi wkoll, li kull 3 snin, minn qabel, tintbagħat previżjoni ta’ kif għandha tiġi l-COLA. Ir-raġuni hija biex dak l-ftehim li huma inclusive of COLA, li nkunu nafu u nkunu qed nistabilixxu x’inhu ikorporat f’dak il-fethim kollettiv.
Din li nipprevedu kull 3 snin, illum dan m’għadux jintuża.
Dwar il-kwistjoni tal-COLA tkellimna ukoll mas-Segretarju Ġenerali tal-GWU Joseph Bugeja.
Il-mekkaniżmu jibqa’ kif inhu, u jitħaddem kif ilu jitħaddem f’dawn l-aħħar 30 sena. Jekk int tara l-average fl-aħħar 13-il sena tal-COLA kien €2.88ċ.
Josef Bugeja spjegalna wkoll x’qed jippropunu bħala GWU għall-budget li jmiss.
Waħda mill-proposti hija li jkun hemm trasparenza fil-prezzijiet. Li tixtri minn fejn l-aħjar ikun hemm.
Ma’ Net News Josef Vella elenka l-isfidi preżenti li qed iħabbtu wicchom maghhom għadd ta’ familji.
Il-mument li għandek l-għoli tal-ħajja, hemm mekkaniżmu, li minflok naraw kif dan se jasal għand il-ħaddiema, naraw kif dan ma jasalx se nkunu qed inġibu s-sitazzoni għall-agħar
Intant, saqsejna wkoll liż-żewġ unions jekk il-Gvern iltaqax magħhom b’rabta mal-wegħda li saret fil-budget li għadda; li jintloħoq mekkaniżmu għall-għoli tal-ħajja għall-familji vulnerabbli.
U dawn kienu t-tweġibiet tagħhom.
Konna ltqajna mal-Ministeru tal-Finanzi, konna l-Korpi Kostitwiti kollha u għaqdiet oħra konċernati, ressaqna l-proposti tagħna u skont informazzjoni li għandi, din se tiġi mniedha fil-ġranet li ġejjin, ma nafx jekk hux qabel il-budget li ġej, jekk hux fil-budget jew wara
Il-Gvern għamel laqgħa waħda, saret dik il-laqgħa, minn dakinhar ‘l hawn ma rġajniex iltqajna, qed nispera li l-Gvern isejjaħ din il-laqgħa għax il-budget jinsab pass ‘il bogħod. Ma nistax nifhem kif jistgħu jsiru klawżoli fil-budget li ma tkunx saret diskussjoni dwarhom.
//= $special ?>