Lokali Qorti

Il-każ ta’ Jordan Azzopardi: Xhud tgħid li persuna li kien qed isuq b’veloċità eċċessiva daħal fiha u baqa’ sejjer

Meta kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Jordan Azzopardi sewwieqa xehdet fil-Qorti li waqt li kienet qed issuq għall-affari tagħha, persuna li kienet qed issuq karozza BMW griża b’veloċità eċċessiva baqa’ dieħel fiha u baqa’ sejjer. Il-mara xehdet fil-Qorti li hija kienet qed issuq lejn id-direzzjoni tal-Busietta Gardens meta sewwieq li hija m’għandhiex konnoxxenza tiegħu u dan peress li dak il-ħin ħadet qata’ kbira u kienet taħt xokk.

Ix-xahar li għadda Jordan Azzopardi tressaq il-Qorti u nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih fuq pussess u traffikar ta’ droga. Dan wara li kie ġie arrestat wara ġirja bil-karozzi fil-Madliena. Hu diġà jinsab għaddej bi proċeduri fil-Qorti akkużat bi traffikar tad-droga wara li kien arrestat fl-2019.

Fuq il-każijiet preċedenti Jordan Azzopardi kien ingħata l-libertà proviżorja, wara sentejn f’kustodja preventiva f’Awwissu tal-2021.  Azzopardi ta’ 32 sena kien ilu miżmum taħt arrest preventiv mill-arrest tiegħu fl-2019. Huwa kien qed ji[i akkużat li kien involut netwerk ta’ distribuzzjoni tad-droga mal-pajjiż kollu u qed jaffaċċja 15-il akkuża, li jinkludu traffikar ta’ eroina, kokaina u cannabis.

Fis-17 ta’ Awwissu tas-sena l-oħra, l-Imħallef Aaron Bugeja, li kien qed jippresiedi l-Qorti Kriminali, akkorda lil Azzopardi ħelsien mill-arrest kontra garanzija personali ta’ €150,000 u garanzija oħra ta’ €50,000 minn terzi. Waħda mill-persuni li tat ix-xhieda tagħha fil-Qorti qalet li dakinhar xi ħabat bil-karozza tiegħu ġo fiha qabel ma dan ġie arrestat.

Azzopardi ta’ 32 sena, residenti l-Madliena u kien arrestat mill-iskwadra kontra d-droga wara li l-pulizija kienet infurmata li x-xufier kien fil-pussess tad-droga. Il-mara fix-xhieda tagħha qalet li hija ħarġet mill-karozza u ċċekkjat il-ħsarat li kienu saru fuq il-vettura tagħha u marret tagħmel rapport lill-pulizija fl-Għassa ta’ Birkirkara.

Il-mara kienet mistoqsija jekk tftakarx il-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vettura u qalet li ma tiftakarx għax kienet taħt xokk u ma tiftakrx lanqas kif kien jidher ix-xufier. Il-Qorti semgħet kif id-danni li sofriet il-karozza tal-vittma kienu jammontaw għal €375 u t-tiswijiet fuq il-karozza għadhom ma sarux.

L-Avukat Charles Mercieca, li qiegħed jassisti lill-akkużat, talab permess lill-qorti biex il-karozza tittranġa bl-assigurazzjoni tal-vittma barra l-qorti. Raġel ieħor li ttella’ bħala xhud kien imwissi qabel beda x-xhieda tiegħu. Ir-raġel kien assistit mill-avukat Mario Mifsud.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Alfredo Mifsud staqsa lix-xhud dwar il-BMW il-griża u jekk huwa kienx għadu fil-pussess tagħha, minn fejn kien ġab il-karozza u fuq min kienet irreġistrata madankollu x-xhud għażel li ma jweġibx biex ma jinkriminax lilu nniffsu.

Rappreżentant minn Transport Malta li xehed li huwa ngħata struzzjonijiet biex jivverifika r-reġistrazzjoni ta’ żewġ karozzi – BMW X3 griża. Huwa qal li l-BMW X3 kienet irreġistrata fuq terza persuna, u l-liċenzja tat-triq tagħha kienet skaduta.

L-avukat difensur Franco Debono qal li kienx għad baqa’ xhieda ċivili biex jixhdu. Huwa sostna li f’dan l-istadju, ma jarax għalfejn il-klijent tiegħi m’għandux jingħata l-libertà proviżorja, peress li m’hemmx aktar xhieda ċivili li għad iridu jixhdu. Saħaq li huma stennew li x-xhieda ċivili jixhdu u semgħu dak kollu li kellhom xi jgħidu.

Debono qal li l-oġġezzjonijiet tal-Avukat Ġenerali huma bbażati fuq il-merti tal-każ, u dan għandu jiġi deċiż meta l-qorti tagħti s-sentenza tagħha. Kompla li l-Avukat Ġenerali qed jallega li l-akkużat kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja tiegħu, iżda dan irid jiġi ppruvat l-ewwel, qabel ma dan l-argument jintuża biex jipprevjeni lill-klijent tiegħi milli jieħu l-libertà proviżorja.

Kompla li l-qorti timponi l-piena li jidhrilha xierqa, jekk Azzopardijinstab ħati, iżda f’dan l-istadju għadu preżunt innoċenti. L-ispettur Mangion qal li l-pulizija qed tissottometti ruħha għall-argumenti mressqa mill-Avukat Ġenerali u b’hekk toġġezzjona għat-talba li għamlet id-difiża.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras se tkun qiegħda tiddeċiedi dwar din it-talba aktar il-quddiem. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Charles Mercieca assistew lill-akkużat. Il-każ ġie differit għas-26 ta’ Settembru fl-10.30am.