Matthias Mizzi
BALZAN………………………….3
ŻEBBUĠ RANGERS……..…1
Balzan: J. Debono, I. Bozovic, M. Grima, M. Duric, A. Torres (S. Jalu 78’), B. Hili (A. Bradshaw 85’), U. Ljubomirac (N. Frendo 85’), M. Zlatkovic, M. Raso, M. Nogureira (B. Kaljevic 62’), A. Friggieri (P. Fenech 62’)
Żebbuġ R.: J. Azzopardi, L. Almeida, W. Rocha, Y. Tonna, S. Jankovic (A. Mizzi 69’), C. Lokoli, E. Sanchez (T. Bartolo 80’), R. Vella, J. Soto, J. Sciberras (J. Gaetano 69’), K. Bondin
Imwissija: I. Bozovic 82’
Imkeċċi: L. Almeida 24’ (ŻBĠ)
Skorjaw: A. Torres 2’ (BLZ), A. Torres 27’ (BLZ), C. Lokoli 34’ (ŻBĠ), A. Torres 53’ (BLZ)
Referee: Fydor Zammit
Assistenti Referees: Duncan Spencer & Thomas Debono
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: A. Torres (BLZ)
BOV Plejer tal-logħba: A. Torres (BLZ)
Bidu mill-aqwa għal Balzan fl-ewwel konfront tagħhom meta għelbu lin-neo-promossi Żebbuġ Rangers b’hat-trick ta’ Angel Torres. It-tim immexxi minn Brian Spiteri lagħab għal iktar minn siegħa logħob bi plejer inqas.
Balzan fetħu l-iskor kmieni fil-partita fejn wara biss żewġ minuti xutt bid-dawra minn free-kick tal-Kolombjan Angel Torres spiċċa fir-rokna tax-xibka. Fl-24 minuta Żebbuġ Rangers sfaw jilagħbu bi plejer inqas meta waqt kontrattakk veloċi, Leonardo Almeida waqqa’ lil Angel Torres. Mill-istess free-kick, Torres għaqqad id-doppjetta personali b’xutt preċiż fil-baxx. Wara dan il-gowl, iż-Żebbuġin irreaġixxew tajjeb fejn fit-34 minuta Charles Lokoli ħarab minn bejn id-difensuri ċentrali u b’xutt fil-baxx għeleb għalkollox lil Jonathan Debono. Torres kompla bil-prestazzjoni mill-aqwa meta tliet minuti wara laqgħat il-mimduda b’xutt mid-distanza.
Fit-tieni taqsima, proprju fit-53 minuta, il-plejer tal-partita Angel Torres reġa’ kabbar il-vantaġġ u skorja t-tielet gowl personali permezz ta’ xutt minn rebound fil-kaxxa ż-żgħira. Balzan komplew jikkontrolla l-logħob b’aktar pussess f’nofs il-ground għajr xutt b’saħħtu fil-baxx fid-disgħin minuta li għadda viċin tal-lasta. B’hekk din kienet l-ewwel telfa għal Żebbuġ wara li huma rritornaw fil-Kampjonat Premier wara nuqqas ta’ seba’ snin.
//= $special ?>