Futbol Sport

Bidu tajjeb għal Birkirkara b’rebħa fuq Sirens

(Ritratt: MFA)

Matthias Mizzi

BIRKIRKARA………………2

SIRENS……………………….0

Birkirkara:  G. Nava, E. Pepe, D. Dall’oca (N. Micallef 46’), A. Da Paixao, Y. Yankam, P. Mbong (O. Iorio 90+3’), K. Zammit, F. Falcone (D. Cabrera 27’) (C. Ribeiro 81’), C. Attard, A. Coppola, K. Tulimieri

Sirens: A. Cassar, G. Camilleri (J. Walker 75’), W. Soares, M. Pereira (W. De Oliveira 64’), K. Sano, R. Tachikawa, S. Cipriott, A. Cini, V. Bento, V. Kolev, G. Ventura

Imwissija: D. Dall’Oca 35’ (BKR), P. Mbong 79’ (BKR)

Skorjaw: A. De Paixao 60’ (BKR), D. Ribeiro 90+5’ (BKR)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli u James Muscat

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: A.De Paixao (BKR)

BOV Plejer tal-logħba: A.De Paixao (BKR)

Żewġ gowls fit-tieni taqsima mill-Brażiljani Alex De Paixao u Denis Ribeiro kienu biżejjed biex taw tliet punti importanti lil Birkirkara fl-ewwel konfront tal-kampjonat BOV Premier.

F’bidu kwiet miż-żewġ naħat, l-ewwel azzjoni perikoluża waslet minn Birkirkara meta man-nofsiegħa logħob xutt mid-distanza ta’ Kevin Tulimieri stampa mal-wieqfa u spiċċa f’corner wara li ddevja mad-difiża ta’ Sirens. Tmien minuti wara Sirens wieġbu b’cross insidjuż tal-akkwist il-ġdid Vyctor De Vale li spiċċa għand Kei Sano li madankollu spara għoli. Ftit minuti wara l-istess De Vale ttanta xortih minn barra ‘l kaxxa iżda l-konklużjoni tiegħu kienet waħda ċentrali.

Fit-tieni taqsima Sirens ħarġu aħjar, biex mas-46 minuta logħob xutt ta’ Rei Tachikawa mill-kaxxa ż-żgħira għadda jħakkek mal-lasta. Minkejja dan, mas-siegħa logħob Birkirkara fetħu l-iskor meta Alex Da Paixao daħal tajjeb fil-kaxxa u ħataf l-opportunità minn rebound wara li l-goalkeeper Cassar laqa’ b’mod stupend free-kick mogħti minn Alessandro Coppola. Fid-79 minuta l-Istripes tilfu l-opportunità li jirdoppjaw l-iskor meta d-daqqa ta’ ras ta’ Enrico Pepe għaddiet viċin. Fid-91 minuta Birkirkara operaw bil-kontrattakk fejn wiċċ imb’ wiċċ ma’ Cassar, Tulimieri falla milli jikkonverti fix-xibka. Wara dan iċ-ċans, it-tim immexxi minn Giovanni Tedesco ma qata’ xejn mill-azzjonijiet perikolużi fejn f’ċans simili għal ta’ qablu din id-darba Denis Ribeiro xeħet il-ballun fix-xibka b’xutt fil-baxx u għalaq kompletament l-iskor.

(Ritratt: MFA)