Lokali

Eddie Fenech Adami rikoverat l-isptar; jinsab f’kundizzjoni stabbli

Il-President Emeritus Eddie Fenech Adami dalgħodu ddaħħal l-istpar Mater Dei wara li aktar kmieni ħassu ma jiflaħx.

Wara rapporti li waslulna, Net News ikkuntattja lil membru tal-familja tiegħu li kkonfermalna li hu ttieħed l-isptar b’ambulanza u għalissa qed jinżamm taħt ossservazzjoni.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq Facebook awgura fejqan ta’ malajr lill-eks Kap Nazzjonalista.

Eddie Fenech Adami għandu 88 sena.

It-tim kollu ta’ Net News jawgura fejqan ta’ malajr lil Eddie Fenech Adami.