Il-kumpanija Electronic Arts (EA) għamlet auto-goal enormi meta fl-Indja poġġew għall-bejgħ il-Fifa 23 għall-prezz miżeru ta’ ħames ċenteżmi biss. Dan wara li sar żball mill-ħanut tal-Epic Games fl-Indja.
Fi kliem sempliċi, dawk li għamlu pre-booking għal din il-logħba tal-Playstation spiċċaw akkwistaw il-Fifa 23 prattikament b’xejn.
Wara, il-kumpanija EA qalet illi xorta se tonora dawk il-bookings li saru. EA sport ammettew li dan kien żball tagħhom.
Il-Fifa 23 fl-Indja tinbiegħ għal prezz ta’ bejn €40 u €60.
//= $special ?>