Futbol Sport

Ftehim ta’ seba’ snin bejn Valletta FC u Intersport

(Ritratt: Matthew Tabone)

Waqt laqgħa mal-ġurnalisti Valletta ħabbru uffiċjalment li b’seħħ minn dan l-istaġun laħqu ftehim ta’ seba’ snin mal-Kumpanija Intersport . Ftehim li wassal wkoll għal preżentazzjoni uffiċjali tal-flokkijiet li Valletta se jużaw għal Kampjonat 2022/23. Il-flokk abjad bl-emblema tal-klabb jibqa’ dak tradizzjonali bit-tieni flokk ikun aħmar fuq l-istess stil u disinn ta’ dak abjad. Dettalji ingħataw minn Gerald Ellul, team manager ta’ Valletta li ppreżentaw wkoll l-akkwisti ġodda ta’ Valletta għal dan l-istaġun.

Ryan Cheng, Willy Joseph, Bradley Kamdem Fewo, Ulrich Nnomo Ngong, Oke Akpoveta, Brandon Paiber, Enzo Ruiz, Killian Bevis u Cain Formosa. Preżenti wkoll il-kowċ ġdid Thane Micallef. Valletta jiftħu l-impenji tal-Kampjonat nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30pm fit-Tony Bezzina Stadium kontra ċ-Champions il-ġodda Hibernians.

(Ritratt: Matthew Tabone)