Lockdown, restrizzjonijiet, maskra, kwaratina.
Kollha kliem li fl-aħħar sentejn smajna ad nauseum hekk kif pandemija li ma konniex rajna bħala qabel, ħarbtet il-ħajja kif konna nafuha. Virus li b’xi mod tista’ tgħid affettwa lil kulħadd.
U meta l-covid sar donnu parti minn ħajjitna …. meta d-dinja qed tipprova terġa’ lura kemm jista’ jkun għan-normalità ta’ qabel, studju kkummissjunat mill-Agenzija Żgħażagħ jitfa’ dawl fuq l-impatt li ħallew dawn ix-xhur fuq dawk ta’ bejn it-13 u l-25 sena.
L-istudju, li sar mid-dekan tal-Fakulta tal-Benesseri Soċjali Andrew Azzopardi juri kif wieħed mill-akbar effetti negattivi li kellu l-virus kien fuq is-saħħa mentali taż-żgħażagħ, bi 62.5% jgħidu li l-pandemija effetawthom ħażin jew ħażin ħafna.
Fost dawk li wieġbu, l-aktar li nltaqtu ħażin kienu dawk ta’ bejn it-13 u t-18-il sena… bit-tfajliet effettwati ftit aktar mill-ġuvintur.
Madwar 60% taż-żgħażagħ ta’ bejn 13 u 14-il sena qalu li s-saħħa fiżika tagħhom ġiet effettwata ħażin jew ħażin ħafna mill-pandemija.
Bejn terz u nofs iż-żgħażagħ ta’ bejn id-19 u l-25 sena qalu li l-impjieg tagħhom kien effettwaq ħażin fi żmien il-Covid.
Il-Professur Andrew Azzopardi ħadem fuq dan ir-rapport flimkien ma’ Annabel Cuff u Jeremy Caruso.
//= $special ?>