Lokali

“Il-papà jinsab stabbli” – Beppe Fenech Adami

“Grazzi lil kull min wera solidarjetà mal-papà u magħna tul il-ġurnata”. Hekk stqarr id-deputat Beppe Fenech Adami, f’kummenti fuq il-media soċjali wara li Eddie Fenech Adami ddaħħal l-isptar aktar kmieni illum.

Beppe Fenech Adami stqarr li missieru jinstab stabbli rikoverat fl-isptar Mater Dei.

“Grazzi lit-tobba u l-paramedici kollha. Nitlobkom żżommu lilu u lil kull min għaddej min problemi ta’ saħħa fit-talb tagħkom”, qal Beppe Fenech Adami.