Tilef ħajtu r-raġel ta’ 65 sena li nhar it-Tlieta li għadda kien involut f’inċident f’Raħal Ġdid.
Ir-raġel li kien minn Ħ’Attard, kien waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fiz-zona ta’ Ras Ħanżir.
Hu kien sofra ġrieħi serji u sfortunatament, il-Ġimgħa filgħodu, il-Pulizija ħarġu stqarrija fejn qalu li r-raġel kien tilef ħajtu.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>