Futbol Sport

Kuntratt ta’ sentejn għal LeBron James

(Ritratt: EPA)

LeBron James ġedded il-kuntratt ma’ Los Angeles Lakers. Il-kuntratt huwa ta’ 97 miljun dollaru garantiti u klawsola ta’ estensjoni ta ‘sentejn, bi dritt fl-għażla ta’ plejers għall-istaġun 2024-25. James fil-kuntratt li kellu fl-aħħar sena kien ta’ aktar minn 44 miljun salarju bil-flokk isfar u vjola. B’hekk James jista’ jkompli jilgħab sa kemm jgħalaq l-40 sena bħala plejer tal-NBA . Huwa se jagħlaq 38 sena f’Diċembru li ġej u huwa kalkulat li bil-kuntratt il-ġdid jilħaq 532 miljun dollaru fil-karriera li huwa meqjus bħala rekord ta’ kull żmien fil-basketball professjonali.