Mara ta’ 39 sena ddaħħlet l-istpar bi ġrieħ gravi wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident f’Wied il-Għajn.
Il-mara, li kienet qed issuq karozza Toyota Starlet kellha impatt ma’ żewġ vetturi oħra – Honda Fit misjuqa minn mara Ukrena ta’ 37 sena u Renault Captur misjuqa minn Ungeriża ta’ 24 sena.
It-tliet sewwieq huma residenti Marsascala stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45am fi Triq Sant Antnin, bil-mara ta’ 39 sena tittieħed l-isptar minn tim mediku li wasal fil-post biex jassisti.
L-isptar hi ġiet iċċertifikati li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>