Lokali

AĠĠORNATA: Persuna milquta b’arma tan-nar f’Ħad-Dingli

Raġel ta’ 49 sena mir-Rabat bħalissa qed ikun operat fl-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tan-12.20 intlaqat minn arma tan-nar waqt sparatura li seħħet fl-għelieqi viċin residenza f’Wied Ħażrun limiti ta’ Ħad-Dingli u l-Imtaħleb . Bħalissa għaddejjin tfittxijiet mill-Pulizija sabiex jinstab l-aggressur jew l-aggressuri li ħarbu minn fuq il-post.

Ftit ħin wara li seħħet l-isptaratura, immedjatament fuq il-post wasal tim mediku sabiex jagħti l-ewwel għajnuna lill-vittma bil-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-vittma sofra tir wieħed f’dahru.. bl-arma tan-nar għadha ma nstabitx hekk kif kollox jindika li l-aggressur jew l-aggressuri għadhom armati.

S’issa l-agressur jew aggressuri għadhom ma ġewx identifkati hekk kif l-unika persuna li tista’ tidentifikahom huwa l-vittma.

Dwar dan l-inċident infetħet inkjesta mill-Maġistrat Nadine Lia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.